Ġeografija u Storja

Ġeografija

Il-lokalità tas-Swieqi tospita 8200 resident. Il-lokalitajiet ġirien huma San Ġiljan fin-Nofsinhar, San Ġwann lejn il-Punent, l-Għarghur fit-Tramuntana u Pembroke lejn il-Lvant. 

  

Fil-lokalità hemm 2 widien. Wied Għomor imiss ukoll mal-Għargħur, San Ġwann u San Ġiljan. Il-wied l-ieħor Wied il-Kbir (magħruf ukoll bħala Wied Mejxu) jibda mill-Għargħur sal-Madliena u għal Triq Sant Andrija. 

  

Għalkemm fix-Xitwa għandna 8200 resident fis-Sajf minħabba studenti barranin, iċ-ċifra titla’ sa 14,200. 

 Is-Swieqi jgawdi wkoll mill-bini storiku tal-Victoria Lines u l-Forti Madliena. Dawn inbnew fi żmien ir-Reġina Victoria. Iż-żewġ siti huma popolari ħafna matul is-sajf mit-turisti In

Storja

L-isem ‘Swieqi’ ġej mill-kelma Maltija ‘saqa’ li tfisser kanal tal-fluss tal-ilma. Din il-lokalità taqa’ tinkludi Is-Swieqi, Ibrag u Madliena. Il-popolazzjoni hija ta’ madwar 8200 li jinkludu 700 anzjan. 

L-emblema tas-Swieqi hija maqsuma b’salib ta’ Sant’Andrija tal-fidda. Il-motifi ħomor u l-kulur tad-deheb jirrapreżentaw il-widien u l-għelieqi tal-Ibraġ. Il-mewġ blu jindika l-fluss tal-ilma tas-Swieqi ‘saqa’. Madliena hija indikata bl-ittra ħamra .